Filmat: Ta’ Puttinu jagħmluha wkoll!

L-għaqda Puttinu Cares ingħaqdet ma' dawk kollha li għamlu l-ALS Ice Bucket Challenge.
Il-messaġġ li xtaqu jwasslu permezz ta' din l-isfida kien li hija inizjattiva li tnissel tbissima, u li huwa sabiħ li persuni minn madwar id-dinja jingħaqdu biex flimkien jgħinu lill-persuni li jbatu minn din il-marda fin-nervituri.

Fost il-persuni li għamlu l-isfida kien hemm iċ-Chairman ta' Puttinu Cares Dr Victor Calvagna, il-fundatur Rennie Zerafa, viċi-chairperson Angele Cuschieri, infermiera u voluntiera Shirley Buttigieg, Peter Cutajar wieħed mill-ewwel voluntiera, kif ukoll il-voluntiera oħra ta' Puttinu.

Filmat: Reel8 Productions