Filmat: Ta’ 9 snin kellha kanċer; illum tgħallem tfal bil-kanċer f’Mater Dei

Read in English.

Ta’ disa’ snin Sarah Craig issieltet il-marda tal-kanċer u llum qed tgħallem lit-tfal morda bil-kanċer fl-Isptar Mater Dei. F’filmat, il-Ministeru għall-Edukazzjoni jsemmi li Sarah hija waħda mill-ħames għalliema li jgħallmu lit-tfal morda waqt li jkunu qed jieħdu l-kura fl-isptar.

Sarah ilha erba’ snin tgħallem lit-tfal rikoverati fis-Sala Rainbow fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija. Peress li damet sena tiġġieled il-marda, Sarah tista’ tifhem u tempatizza iżjed mat-tfal li tgħallem.