Filmat: Ta’ 67 sena imma b’qalb ta’ 17

17-il sena ilu, Joe Bonello għamel operazzjoni li wellditu mil-ġdid. Kien l-ewwel wieħed f’Malta li għamel t-trapjant tal-qalb.

Joe Bonello laqgħana f’daru u kellimna dwar ix-xorti kbira li kellu, meta ftit ħin biss wara li daħal l-isptar minħabba problemi serji f’qalbu, sab it-tobba lesti biex jgħidulu li sabu qalb lesta biex tiġi ttrapjantatha.

Il-qalb kienet wasslet minn żgħażugħ ta’ 17-il sena li kien tilef ħajtu f’inċident bil-mutur f’Għawdex. Meta ġara dan, Bonello kellu 50 sena.

B’kumbinazzjoni, is-27 ta’ Settembru jaħbat il-jum internazzjonali tal-qalb. Stqarr ma' Newsbook li għalih llum ifisser għeluq snin l-34 sena mit-tieni ħajja tiegħu; 17-il sena l-eta’ taż-żagħżugħ li tilef ħajtu u s-17-il sena li għalaq mill-jum tal-operazzjoni.