Filmat: Ta’ 6 snin iferrħu lill-anzjani f’Tas-Sliema

It-tfal ta’ St Benild School ta’ Tas-Sliema li għandhom bejn 5 u 6 snin qed iferrħu lill-anzjani fi żmien il-Milied billi jilbsu kostum ta’ Santa Klaws u jżuru d-djar residenzjali tal-anzjani.

Newsbook.com.mt tkellem ma’ Claudia Vella, Assistent Kap tal-Iskola li spjegat li kull sena tiċċelebra San Nikola b’mod speċjali. Spjegat li l-klassijiet kollha jiġu involuti u t-tfal jintalbu jilbsu ta’ San Nikola. B’dan il-mod, Vella qalet li lit-tfal jgħallmuhom li l-Milied ma’ jiġix biss biex tirċievi, iżda wkoll biex tferraħ lil ħaddieħor u tagħti mill-ftit li tista’.

It-tfal bdew iż-żjarat tagħhom fid-djar tal-anzjani u d-day care centres ilbieraħ u se jkomplu dawn iż-żjarat ukoll illum. It-tema ta’ din is-sena hija “No Christmas without Christ”, jiġifieri m’hemmx Milied mingħajr Kristu.

Filmat: Miguela Xuereb