Filmat: Ta’ 12-il sena u jridu jżewġuha bilfors…

Ta’ 12-il sena, Thea kellha ġurnata mimlija daqs bajda, bil-preparamenti għall-jum tat-tieġ tagħha.
L-istorja ta’ Thea nsibuha f’filmat li għamlet l-għaqda Plan Norway, li taħdem kontra ż-żwieġ ta’ tfajliet taħt l-età.
Fil-filmat jidher li kollox ‘tgawda’ sakemm Thea telgħet fuq l-altar, u s-saċerdot staqsiha jekk hix lesta li tieħu bħala żewġha lil Gier li kellu 37 sena.
Thea dlonk xenglet rasha biex turih li ma tridx tiżżewweġ, daret u bdiet ħierġa ‘l barra. Dak il-ħin l-udjenza fil-Knisja nfexxet f’ċapċipa li ttarrax il-widnejn.
Il-filmat huwa parti mill-kampanja dwar id-drittijiet ta’ tfajliet żgħar, li beda minn blogg li Thea kienet taġġorna sa minn ġimgħat qabel il-ġurnata tat-tieġ.
Plan Norway ħasset li għandha tagħmel din il-kampanja hekk kif kull żewġ sekondi, jkun hemm tifla li tiżżewweġ. Kuljum, 39,000 tifla jiġu sfurzati jiżżewġu.