Filmat: ​Ta’ 11-il sena tivvinta l-kimoterapija f’backpack

Tifla ta’ 11-il sena qalet li l-aktar ħaġa li beżżgħeta meta kienet qed tingħata l-kura kontra l-kanċer,  kienet il-magna li permezz tagħha tingħata l-kimoterapija.
Kylie Simonds mill-Istati Uniti, li l-kanċer ħarġilha meta kellha tmien snin, xagħarha reġa’ kibrilha, u llum il-ġurnata qed terġa’ tieħu r-ruħ.
Riċentament, Kylie rebħet diversi unuri talli ivvintat apparat li jipprovdi l-kimoterapija f’backpack, li bdiet issejjaħlu ‘i-pack’. Qalet li tista’ tmur fejn trid u tilgħab kemm trid waqt li tieħu l-kimoterapija.
Issa l-għan ta’ Kylie hu li tiġbor biżżejjed fondi biex dan il-backpack jibda jsir. Fi żmien ġimagħtejn diġà ġabret €3,000 minn €15,000.
Fl-Istati Uniti kull sena jimirdu 15,000 tifel u tifla bil-kanċer, ekwivalenti għal żewġ klassijiet fl-iskola. Minn dawn imutu 2,000.  Bħalissa fl-Istati Uniti 50,000 tifel u tifla qed jirċievu l-kimoterapija.