Filmat: Suċċess mill-FAM f’operazzjoni tal-FRONTEX

Membri tal-Forzi Armati ta’ Malta temmew b’suċċess missjoni ta’ sorveljanza fl-Italja, li kienet parti mill-operazzjoni Aeneas appoġġjata mill-FRONTEX.

Matul ix-xahar ta’ Awwissu, ajruplan marittimu tal-Forzi Armati ta’ Malta kien stazzjonat fi Brindisi, l-Italja.

L-ekwipaġġ ta’ dan l-ajruplan kien jikkonsisti f’żewġ piloti, żewġ operaturi tas-sistemi ta’ dan l-ajruplan u inġinier.

Is-suċċessi tal-membri tal-FAM kienu jinkludu interċettar ta’ vapur bl-immigranti irregolari abbord li kien riesaq lejn il-kosta Taljana, u ta’ dgħajsa bid-droga li kienet fi triqitha lejn l-Albanija.

Kif kien ippjanat, dawn il-membri tal-FAM ġew sostitwiti fil-15 ta’ Awwissu minn grupp ieħor li rritorna Malta fl-aħħar ta’ Awwissu. 

 

Filmat: AFM