Filmat: Suċċess għal Ciantar u Gauci waqt il-kampjonat Ewropew ta’ Ultra 4 Europe

Neville Ciantar u Malcolm Paul Gauci tan-Nusu Offroad Racing Team għamlu suċċess ġewwa Wales fl-Ingilterra waqt il- kampjonat Ewropew ta' Ultra 4 Europe.
Ciantar irnexxielu jirbaħ it-tielet post f’dik li hi magħrufa bħala l-aktar tellieqa diffiċli.
It-tellieqa saret bejn il-Gimgħa 14 u il-Hadd 16 ta Lulju.
Fil-kompetizzjoni ħadu sehem 38 tim minn madwar id-dinja kollha b’tipi ta vetturi differenti.
In-Nusu Off Road racing tim ħadu sehem bil-vettura tat-tip Goat, magħmula apposta għal dan it-tip ta sport estrem.
In-Nusu Offroad R-acing Team għandhom snin ta’ esperjenza f’dan l-isport u ġabu diversi riżultati simili fil-passat.