Filmat: Studenti Maltin jagħtu preżentazzjoni tal-film mużikali Matilda f’Disneyland

35 student ta’ Stagecoach Malta taw preżentazzjoni tal-film mużikali Matilda fit-teatru ta’ Videopolis, f’Disneyland ta’ Pariġi. L-istudenti kienu akkumpanjati mill-priniċipali Edward u Marika Mercieca, għalliema u ġenituri.
L-istudenti kellhom Disney Performing Arts workshop, fejn ħadmu ma’ professjonisti ta’ Disney, kif ukoll sezzjonijiet ta’ prattika.
Minkejja li kull sena mijiet ta’ studenti jkollhom l-opportunità jkollhom esperjenza bħal din, l-istudenti ta’ Stagecoach kienu l-ewwel studenti Maltin li taw preżentazzjoni f’Videopolis.
Waqt il-vjaġġ tagħhom lura lejn Malta esperjenzaw dewmien tal-ajruplan, u biex jgħaddu l-ħin taw impromptu ta’ Revolting Children fl-ajruport ta’ Orly, fejn għal darb’oħra, attiraw l-attenzjoni ta’ dawk preżenti bit-talent impekkabbli tagħhom.