Filmat: Studenti jiktbu ktieb li jispiċċa f’idejn Trevor Zahra

Studenti mir-raba’ klassi tal-iskola primarja ta’ San Ġwann kitbu ktieb li jispiċċa f’idejn Trevor Zahra.
L-iskola primarja ta’ San Ġwann li tifforma parti mill-Kulleġġ Santa Klara ċċelebrat il-litteriżmu mal-istudenti kollha tal-iskola u fost dwan l-attivitajiet, l-istudenti tar-raba’ klassi ħadmu fuq ktieb li ppreżentawh lill-awtur Trevor Zahra.
Fil-ġranet li għaddew, l-istudenti ta’ din il-klassi ħadmu mal-għalliema tagħhom biex jiktbu l-istorja tal-ktieb u jħejju l-istorja fi ktejjeb flimkien ma’ illustrazzjonijiet oriġinali tagħhom.
L-awtur Trevor Zahra ltaqa’ ma’ dawn l-istudenti u ħeġġiġhom biex ikomplu jaqraw u jiktbu. Jispjega li anki hu, meta jiġi biex jippubblika ktieb jgħaddi minn diversi fażijiet biex jipperfezzjona l-titbiet tiegħu.
Intant, fl-iskola kienu għaddejin diversi attivtajiet b’kull klassi tipparteċipa f’attività dwar il-kitba u l-qari.
Fosthom għadd ta’ studenti tal-Kinder ipparteċipaw f’sessjoni ta’ story telling, studenti oħra użaw l-ilma, l-kuluri u r-ramel biex jitgħallmu n-numri u l-alfabet filwaqt li klassi minnhom użaw l-isport biex jibdew iħobbu jaqraw kitba li tinteressa lilhom.