Filmat: Studenti jaqbżu mill-Pont ta’ Tigné: periklu?

Danger?

Studenti barranin jaghmlu xalata hekk kif aktar kmieni llum qabżu mill-pont ta’ The Point, f’Tigne, f’Tas-Sliema. Tahseb li dan periklu, ghax jistaw jaqaw fuq il-blat?

Posted by Malta Dizastru TOTALI !!!!!!!! on Sunday, July 22, 2018

Filmat imxerred fil-grupp RUBS Are You Being Served? (Malta) fuq Facebook juri lil numru ta’ żgħażagħ barranin jaqbżu mill-għoli ta’ The Point f’Tigné Point, Tas-Sliema.

Dan wassal għal kummenti varji onlajn, bi wħud jgħidu li dawn kienu sempliċiment qegħdin jieħdu gost, u oħrajn jistaqsu kif ma waqqfuhomx l-uffiċjali tas-sigurtà ta’ The Point.

Int taħseb li dan hu ta’ periklu?