​Filmat: Student Malti joħloq radiator għall-karozzi tat-tlielaq

L-istudent tal-inġenerija fl-Università ta’ Malta Jeanluc Mangion ħoloq radjatur li kapaċi jvarja l-veloċità tal-fann tiegħu ħalli l-karozzi tat-tlielaq ikunu aktar effiċjenti.
Ma’ Newsbook.com.mt, Mangion spjega li permezz tad-disinn tiegħu, jonqos il-kurrent li jirrikjedi r-radjatur minn batterija. Kompla jgħid, li b’hekk tista’ tintuża batterija li jkollha piż eħfef. Dan ikollu vantaġġ għall-karozzi tat-tlielaq.
Skont Mangion, radjaturi oħrajn ikollhom żewġ fażijiet – jew ikunu mixgħulin jew mitfijin. Stqarr li fil-proġett tiegħu, ir-radjatur ivarja l-veloċità skont il-bżonn.
L-istudent spjega li fit-testijiet li għamel, kien kapaċi jnaqqas it-temperatura ta’ volum ta’ ilma b’7°C f’madwar 90 sekonda.
Filmat: Ian Noel Pace