Filmat: Student Ġermaniż joħloq ‘air bag’ għall-mowbajls

Read in English.

Student tal-Inġinerija fl-Univeristà ta’ Aalen fil-Ġermanja ħoloq apparat li jaħdem bħala ‘air bag’ għal mowbajls.

L-istudent, Philip Frenzel, ikkrea prodott li jinduna x’ħin mowbajl ikun qed jaqa’ u joħroġ saqajn tal-metall biex il-mowbajl ma jinkisirx meta jagħmel kuntatt ma’ xi ħaġa iebsa.

Frenzel rebaħ premju għall-invenzjoni tiegħu.

Huwa se jkun qed jibda kampanja fuq is-sit Kickstarter biex jiġbor il-fondi neċessarji biex ikun jista’ jwassal il-prodott għand il-konsumaturi.