Filmat: “Inħelsu, ma kienu qed jagħmlu xejn ħażin” – il-Pulizija dwar 4 arrestati

Aġġornat 09:50 AM

Erba’ persuni arrestati fl-Iklin inħelsu għax instab li ma kienu qed jagħmlu xejn ħażin. Dan ġie kkonfermat l-Erbgħa filgħodu ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija.

It-Tlieta filgħaxija dawn ġew arrestati wara li kienu qed jagħmlu xi storbju fl-Iklin.

Minn informazzjoni li Newsbook.com.mt kiseb minn fuq il-post, jidher li ż-żewġ persuni kien qed jitfgħu xi bżieżaq bl-ilma. It-Tlieta, kelliem għall-Pulizija kkonferma li l-Pulizija kienet qed iżżomm xi persuni fi Triq il-Mużika għad-8.50pm. Madanakollu ma kienx f’pożizzjoni li jikkonferma dwar xiex kien il-każ.

Amy Borg

Xi residenti li joqgħodu f’dik iż-żona għamlu rapport li xi ħadd kien qed jikser il-paċi pubblika.

Madwar 10 uffiċjali tal-Pulizija kienu fuq il-post.

Għall-9.45 pm kelliem ieħor għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li l-Pulizija tal-RIU rrispondew għal rapport ta’ xi persuni suspettużi.

Amy Borg

Filmat: Amy Borg