Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-kumpanija Steward Health Care aċċettat tibdil fil-ftehim li kellha mal-Gvern biex issa Malta tħallas biss għas-sodod li tuża’.
Fearne qal dan illum lil Newsbook.com.mt wara l-inawgurazzjoni tar-rinovar li sar fil-berġa ta’ Ħaż-Żabbar.
Rinovata l-berġa ta’ Ħaż-Żabbar
Fearne spjega li kien hemm diskussjonijiet dwar is-servizzi. Fost l-oħrajn biex il-Gvern iħallas għal dawk li qed jintużaw aktar milli dawk li mhumiex.
“Il-ftehim oriġinali kien li nħallsu tas-soddod, nużawhom u ma nużawhomx,” qal Fearne.
“Steward qegħdin hawn biex jibqgħu”
Fearne qal lil Newsbook.com.mt li l-kumpanija Steward Health Care se tkun qed tibqa’ topera f’Malta u Għawdex. Reċentament beda jqum it-tħassib fost xi ħaddiema dwar il-futur tal-kumpanija.
Il-Ħadd li għadda, is-sit tal-aħbarijiet tal-PN qal li qam suspett fost xi ħaddiema li Steward Health Care jistgħu “jwaqqfu ħesrem l-operat tagħhom fil-gżejjer Maltin.”
Fearne ċaħad li Steward kienet se titlaq u qal li flimkien mal-kumpanija Barts, dawn qegħdin hawn biex jibqgħu.
Steward iħabbar li ffinalizza x-xiri tal-VGH
Il-Ministru qal li din il-ġimgħa ġew ippreżentati l-aħħar pjanti għall-isptartijiet ta’ Għawdex u ta’ San Luqa. Żied jgħid li sar xi tibdil fil-pjanti biex it-torri tal-isptart f’Għawdex ma jgħattix il-veduta taċ-Ċittadella. Talab ukoll biex il-pjanti tal-isptar San Luqa jinbidlu biex toħroġ aktar l-istruttura oriġinali.
Il-bejgħ tal-isptarijiet Maltin: scam jew akkwist?
Fl-2018, minkejja rapporti li kien qed isir xi tibdil fil-ftehim ta’ bejn Steward u l-Gvern, Fearne ma kienx qed iwieġeb bi sħiħ dwar x’kienu dawn l-emendi.
Filmat: Fearne ma jgħidx fuq xiex qed jinnegozja ma’ Steward