Filmat: Stessu jiswieha aktar minn €100,000

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=BvmIL8NCSJ8]

Ħafna drabi l-istessu ma jiswikx flus imma jekk ma żżommx għajnejk miftuħin jaf jiġik ħafna għali.
Filmat li qed idur fuq il-mezzi soċjali juri mara tkisser biċċa arti f’gallerija tal-arti The 14th Factory f’Los Angeles li tiswa’ madwar €175,000.
Il-mara dehret tinżel kokka maġenb kolonna li fuqha kien hemm kuruna. Hija serrħet magħha biex tieħu l-istessu u dak il-ħin qalbet il-kolonna b’kawża li nqelbu kolonna oħra.
Il-filmat juri li tliett biċċiet tal-arti ġarrbu xi ħsarat.