Filmat: Stennija għall-kwiekeb feġġejja fis-sema

Matul dawn l-aħħar jiem fis-sema qed jidhru ammont kbir ta’ kwiekeb feġġejja.

Dan huwa appuntament annwali għal dan il-perjodu tas-sena fejn ġeneralment dawn il-meteoriti jkunu assoċjati mal-festa ta’ San Lawrenz.

Għalhekk ukoll, it-Taljani jseħulhom ‘Le lacrime di San Lorenzo’. Xjentifikament dawn il-kwiekeb feġġejja jisimhom Perseid.

Din is-sena, l-ispettaklu fis-sema ilu li beda mill-aħħar ta’ Lulju fil-partijiet l-aktar fit-tramuntana tad-dinja.

L-aktar li kienu viżibbli kien fi tmiem il-ġimgħa iżda f’Malta mistennija li jkunu l-aktar viżibbli llejla.

In-NASA qalet li din is-sena, id-dilettanti setgħu jaraw aktar minn 60 meteoriti kull siegħa, dejjem jekk ikunu paċenzjużi.

Dawn il-kwiekeb feġġejja huma l-fdalijiet tal-kometa, Swift Tuttle.