Filmat: Stejjer ta’ persuni li jgħixu f’Dar Bjorn

Maria Muscat llum se twassal edizzjoni oħra tal-programm Umani fuq TVM fis-7pm.

Il-programm tal-lum jitratta l-istorja ta’ tlett persuni li jgħixu f’Dar Bjorn,  li ta’ eta’ żgħira ħafna mardu bil-kundizzjoni Muiltiple Sclerosis u llum spiċċaw ma jistgħux jimxu u jagħmlu ċerti bżonnijiet. 

Umani jwasslilkom l-istorja ta’ Claire Borg, Mark Paul Grech u Manwel Agius.  Claire għad għandha 37 sena, Mark għandu 40 sena u Manwel għandu 44 sena.  Minħabba l-mard dawn it-tlett persuni waqfu mix-xogħol, u saħansitra infirdu minn mal-familji tagħhom.

Umani jwassal il-weġgħat tagħhom, iżda wkoll id-determinazzjoni tagħhom li jibqgħu jgħixu l-ħajja bl-aħjar mod li jistgħu.  UMANI bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Maria Muscat.