Aġġornata: L-Iżrael akkużata għall-isplużjoni fl-ajruport ta’ Damasku

L-Iżrael qed jiġi akkużat bl-isplużjoni qawwija laqtet l-ajruport internazzjonali ta’ Damasku fis-Sirja matul il-lejl.
Il-midja internazzjonali qed tirraporta li l-isplużjoni setgħet kienet riżultat ta' attak mill-Iżrael fuq ħażna tal-armi tal-grupp militant Hezbollah li hemm viċin l-ajruport.
L-Osservatorju Sirjan għad-Drittijiet Umani qal li l-isplużjoni kienet tidher minn mili l-bogħod.
L-ajruport jinsab 25km l-bogħod mill-belt kapitali Sirjana.
S’issa għadu mhux magħruf jekk kienx hemm vittmi.