Filmat: Splużjoni fil-Libanu theżżeż il-kapitali

Read in English.

Illejla seħħet splużjoni f’Beirut, il-belt kapitali tal-Libanu.

Uffiċjali fil-Libanu qalu li hemm għadd ta’ persuni feruti hekk kif l-isplużjoni heżżet il-kapitali. L-isplużjoni nħasset anke f’Nicosia f’Ċipru.

Sa issa għadu mhux magħruf x’wassal għal din l-isplużjoni iżda filmati fuq il-midja soċjali wrew l-isplużjoni li żviluppat fi sħaba kbira sewda u li qerdet għadd ta’ bini. Rapporti lokali qed jissuġerixxu li dan kien inċident hekk kif l-aġenzija nazzjonali tal-aħbarijiet fil-Libanu irrappurtat li kien hemm nirien viċin maħżen tal-isplussiv.

Il-Ministru għas-Saħħa fil-Libanu qal li l-isplużjoni ħalliet diżastru fiż-żona b’għadd ta’ persuni feruti. Kien hemm ukoll diversi appelli għal għoti ta’ kull tip ta’ demm fl-isptarijiet kollha.

Din l-isplużjoni seħħet fi żmien fejn l-ekonomija kienet reġgħet bdiet tirpilja. It-tensjonijiet fil-Libanu huma għoljin ukoll minħabba li mistenni l-verdett tal-proċess dwar il-qtil tal-eks-PM Rafik Hariri li seħħ fl-2005. Nhar il-Ġimgħa li ġej, tribunal tan-Nazzjonijiet Magħquda għandu joħroġ il-verdett tiegħu fil-ġuri ta’ erba’ suspettati fil-qtil b’karozza bomba.