Filmat: Splużjoni fil-Kalkara

Splużjoni fuq jott fix-xatt tal-Kalkara kienet dehra tal-waħx u mhux tas-soltu.

Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 12.30.

Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt minn fuq il-post tal-inċident, jott sploda u catamaran li kien ma’ ġenbu ukoll ħa n-nar. Il-Forzi Armati ta’ Malta irmunkaw iż-żewġ bċejjeċ tal-baħar ‘lil hinn minn taħt l-Esplora f’Bighi fejn seħħ l-inċident biex l-ebda opra oħra tal-baħar ma tintmess.

Ħadd ma huwa rrappurtat li weġġa’ fl-inċident.

Filmati: Justin Vella