Filmat: Splużjoni fil-Ġappun; iweġġgħu 42 persuna

Il-Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili tal-Ġappun qed ifittxu l-kawża tal-isplużjoni ta’ nhar il-Ħadd fejn weġġgħu 42 persuna.

Rapporti fil-midja qed jgħidu li l-inċident seta’ involva t-tankijiet ta’ gas propan li kienu fil-binja fejn seħħet l-isplużjoni. Pero, l-Pulizija saħqet li għadu wisq kmieni biex jingħad xiħaġa biċ-ċert dwar l-isplużjoni.

Il-filmat li ġie mxerred fuq midja soċjali juri n-nirien u l-membri tal-Protezzjoni Ċivili jaħdmu biex itaffuhom. Raġel li nqabad fl-isplużjoni sofra ħruq f’wiċċu, imma ħajtu mhix fil-periklu tal-mewt, skont il-Pulizija. Oħrajn ġew trattati għal-ġrieħi superfiċjali.

Filmat: @JunkPotter fuq Twitter