Filmat: Spiċċaw bħala duo f’X Factor

L-aħħar grupp għal-lejla qabel ma naraw wirjiet individwali ta’ aktar parteċipanti huwa dak ta’ Yazmin & James. Oriġinarjament kienu tlieta fil-bidu ta’ Bootcamp. Madanakollu wara li l-ġurija kompliet tiflihom aktar mill-qrib, ħasset li dawn it-tnejn kellhom aktar potenzjal biex jaħdmu flimkien.

Mill-film Grease, Yasmin & James wasslu l-verżjoni tagħhom tal-kanzunetta You’re The One That I Want, maħruġa oriġinarjament minn John Travolta u Olivia Newton-John.

Interpretazzjoni mill-aqwa u Alexandra tidher li hija impressjonata u kurjuża biex tara sa fejn se twassal din il-formazzjoni.