Filmat: Segwi l-ispettaklu Eurovision: Europe Shine A Light

Illejla fid-9pm TVM se jkun qed jingħaqad ma’ 40 stazzjon televiżiv ieħor biex iwassal ix-xandira spettakolari Europe: Shine A Light fejn se jkunu qed jiġu onorati it-42 artist li llejla kellhom jieħdu sehem fil-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest. Fost dawn hemm il-kantanta Destiny Chukunyere li għal Malta kellha kellha tieħu sehem bil-kanzunetta All of my Love.

Ritratt:: EBU / Kris Pouw

L-organizzaturi qed iwiegħdu li l-ispettaklu se jkun wieħed mill-aqwa hekk kif il-kantanti se jkunu qed jingħaqdu flimkien biex iwasslu l-kanzunetti li bihom kellhom jipparteċipaw f’din l-edizzjoni tal-Eurovision Song Contest kif ukoll biex ilkom iwasslu l-verżjoni tagħhom tal-kanzunetta Loev SHine A Light li biha Katrina & The Waves kienu rebħu l-edizzjoni tal-1997 tal-Eurovision Song Contest.

Europe: Shine A Light se jkun qed jixxandar dirett minn Mediapark f’Hilversum, f’Rotterdam fin-Netherlands u se jkollu preżentazzjoni ta’ Edsilia Rombley, Chantal Janzen u Jan Smit, l-istess tlieta li kellhom jippreżentaw il-Eurovision.

Ritratt:: EBU / Kris Pouw

Is-sorpriżi mhux se jonqsu hekk kif waqt din ix-xandira ta’ satejn se jieħdu sehem ukoll artisti mis-snin imgħoddija tal-Eurovision bħal Michael Schulte (Ġermanja 2018), Ilse DeLange mill-grupp THe Common Linnets (Netherlands 2014), Gali Atari (Iżrael 1979), Måns Zelmerlöw (Żveżja 2015), Marija Šerifović (Serbja 2007) u Netta (Iżrael 2018) li se twassal verżjoni akustika tal-kanzunetta tagħha Toy li se jkollha messaġġ speċjali għal dawn iż-żminijiet.

Ir-Re tal-Eurovision Johnny Logan ukoll mistenni li llejla jidher f’dan l-ispettaklu. Ir-rebbieħ ta’ tlett edizzjonijiet tal-Eurovision se jkun qed jinterpreta il-kanzunetta rebbieħa What’s Another Year. Però mhux se jkun waħda għax se jkun hemm il-fans tal-Eurovision minn madwar l-Ewropa jakkumpanjawh.

Ma jonqsox li jidher ukoll Duncan Lawrence, ir-rebbieħ tal-edizzjoni tas-sena l-oħra bil-kanzunetta Arcade, li se jkun qed iniedi kanzunetta ġdida bl-isem ta’ Arcade.

Ritratt:: EBU / Kris Pouw

L-ispettaklu se jixxandar fuq TVM kif ukoll online permezz f’din il-paġna.