Filmat: Spettaklu f’Għawdex għall-bidu tas-sena l-ġdida

Read in English.

Folol kbar ta’ nies inġemgħu fiż-żewġ pjazez prinċipali fir-Rabat u t-toroq tal-madwar fejn iċċelebraw flimkien tmiem is-sena u l-ewwel sigħat tas-sena l-ġdida.

Il-countdown ta’ din iċ-ċelebrazzjoni kienet akkumpanjata minn mużika u dawl. Fost il-mużiċisti u artisti preżenti kien hem mil-kantanta Ingliża Becky Hill li tat kunċert ta’ siegħa. Intant kien hemm ukoll Michela Pace, talent Għawdxi, li kienet rebħet l-ewwel edizzjoni ta’ X-Factor Malta. Ħadu sehem ukoll il-big band DCapitals, Matthew James, Francesca Borg u Kelsey Bellante.

Il-mużika kompliet matul il-lejl permezz ta’ afterparty mid-DJ Malti JJoy.

Din l-attività kienet organizzata mill-Ministeru għal Għawdex u preżenti kien hem mil-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana.