Filmat: Spettaklu bil-karozza jiftaħ it-tielet Malta’s Got Talent

Team Maximum Lock fetaħ it-tielet programm tal-ewwel edizzjoni ta’ Malta’s Got Talent b’wirja li ġiet iffilmajata barra mill-post fejn saru l-auditions.

Tliet stuntmen ta’ età bejn is-37 u 39 sena. Huma jafdaw lil xulxin b’għajnejhom magħluqa u l-wirja spettaklolari tagħhom niżlet tajjeb mal-erba’ membri tal-ġurija b’Howard jirrimarka li l-wirja kienet waħda ta’ livell internazzjonali.

Din il-wirja kisbet erba’ iva u lil Team Maximum Lock nerġgħu narawhom fil-fażi li jmiss… u tinsewx wirja bħal din m’għandhiex tiġi kkupjata meta tkunu b’xi karozza fit-toroq, jew postijiet oħra.