Filmat: Jitilgħu għal 50 il-vittmi tal-isparatura f’Las Vegas

Tela' għal 50 in-numru ta' dawk li  tilfu ħajjithom fi sparatura waqt li kien għaddej festival ta' mużika country f'Las Vegas.
Rapporti fuq midja internazzjonali qed jgħidu li raġel ta' 64 sena qabad jispara bl-addoċċ mit-32 sular tal-Madalay Bay Hotel, lejn dawk li kienu qed jattendu l-kunċert.
Filmati fuq il-midja soċjali juru mijiet ta’ persuni jinżlu wiċċhom fl-art u oħrajn jiġru f’paniku biex kemm jista’ jkun jersqu ‘l bogħod mill-periklu.

//platform.twitter.com/widgets.js

Jidher li l-pulizija sparaw u qatlu raġel li kien qed jispara iżda qed ifittxu persuna li x'aktarx kien qed jakkumpanjah.
Skont midja internazzjonali, apparti dawk mejta, madwar 200 persuna weġġgħu u ddaħħlu l-isptar. 14 minnhom jinsabu fil-periklu tal-mewt.
Qed ikunu rrappurtati wkoll numru ta' inċidenti oħra fl-inħawi fil-viċin.
Diversi lukandi ġew evakwati u ż-żona tinsab magħluqa.

//platform.twitter.com/widgets.js