Filmat: Sparatura fuq is-sett ta’ L-Għarusa

Ritratt: Reno Rapa

Sharp Shoot Media qed ikomplu bil-kampanja promozzjonali tagħhom għat-tieni staġun tas-sensiela L-Għarusa li se tkun qed tixxandar bħal-lum ħames ġimgħat oħra, mit-Tlieta 1 ta’ Ottubru.

Ftit tal-minuti ilu tnieda t-tieni filmat li ssibu f’din il-paġna u li diġà donnu qed iqajjem diskussjoni.

Se tkun qed isseħħ sparatura. Iżda x’se jiġri wara dan?

Min ġibed il-grillu?

Hemm xi vittma?

L-Għarusa għandha kitba ta’ Audrey Brincat Dalli u bi produzzjoni u direzzjoni ta’ Steven Dalli u Justin Farrugia għal Sharp Shoot Media.

Intant, ilbieraħ it-Tnejn inħareġ ukoll filmat bil-kummenti ta’ Davide Tucci, li fis-sensiela L-Għarusa jinterpreta lil Diego.

Segwi dan il-filmat biex tara x’qal:

AQRA: Filmat: Sitt ġimgħat oħra jkompli L-Għarusa