Filmat: Sospiż is-servizz tal-Gozo Channel

Read in English.

Il-kumpanija Gozo Channel ħabbret li għadha kemm issosspendiet il-vapuri tagħha milli joperaw minħabba l-kundizzjonijiet ħżiena tal-maltemp.

Il-vapuri tal-Gozo Channel waqqfu joperaw fil-fliegu ta’ bejn Malta u Għawdex ftit qabel nofsinhar.

Intant, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għal Għawdex Chris Said ippubblika filmat tal-vapur tal-Gozo Channel jaqsam f’temp kiefer b’mewġ għoli.

Id-deputat Nazzjonalista Chris Said kemm-il darba esprima ruħu favur il-link permanenti bejn Malta u Għawdex. Huwa fakkar kif dan hu dak li jridu jħabbtu wiċċhom l-Għawdxin f’ġurnata xitwija bħal tal-lum.

“M’għandix dubju li llum ħadd mhu se jaqsam lejn Għawdex biex jieħu ġurnata jew jumejn ta’ mistrieħ iżda l-Għawdxin iridu jew ma jridux ikollhom jaqsmu min għax għandu appuntament l-Isptar, min għax-xoghol, min għall-istudju jew xi eżami u min għax irid jaqbad xi titjira mill-ajruport.”

Dak li jhabbtu wicchom mieghu l' Ghawdxin f' gurnata xitwija bhal tallum.M' ghandix dubju li illum hadd mhu ser jaqsam lejn Ghawdex biex jiehu gurnata jew jumejn ta' mistrieh izda l' Ghawdxin iridu jew ma jridux jkollhom jaqsmu min ghax ghandu appuntament l-Isptar, min ghax-xoghol, min ghall-istudju jew xi ezami u min ghax irid jaqbad xi titjira mill-ajruport.

Posted by Chris Said on Tuesday, November 12, 2019