Filmat: Soru Maltija f’Ruma tirrakkonta kif iqattgħu l-Milied

Sr Catherine Seychell hija soru fi ħdan is-sorijiet tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù. Hija tgħix Ruma flimkien ma’ sorijiet oħra u għandhom sehem attiv fid-duttrina u l-attivitajiet l-oħra tal-parroċċa.

Sr Catherine qaltilna li l-Milied iqattugħ flimkein fil-kunvent kif ukoll mal-parroċċa ta’ Santa Rita billi joqogħdu viċin ħafna. Fil-Milied huma jorganizzaw kunċert għall-ġenituri tat-tfal li jattendu d-duttrina u jsir ftit jiem qabel il-Milied.

Hija semmiet ħassitha kburija li meta l-presepju Malti kien qed jiġi esebit fil-vatikan u setgħet tara personaġġi bħal San Ġorġ Preca kif ukoll id-dgħajsa Maltija.

Meta jkunu jafu li hemm persuni oħra Maltin bħal xi qassisin jew sorijiet li jkunu jafuhom huma jistidnuhom għall-ikel u jiċċelebraw dawn iż-żminijiet flimkien.