Filmat: Sorpriża minn għalliema lill-istudenti tagħhom

Read in English.

Is-Sinjura Kimberley Aquilina, edukatriċi tal-Kindergarten fl-Iskola St Francis ta’ Birkirkara flimkien mas-Sinjura Luana Camilleri u s-Sinjura Mariah Schembri, żewġ edukaturi tal-Learning Support fl-istess klassi, taw sorpriża lill-istudenti tagħhom fit-8 ta’ Ġunju. Dan wara li s-Sinjura Kimberley ikkomunikat mal-ġenituri tal-istudenta tagħha u marret minn dar għal dar, fejn ħalliet rigal żgħir lil kull tifel u tifla.

Hija ċemplet il-qanpiena tal-bieb ta’ kull dar fejn joqgħodu l-istudenti u mill-bogħod tkellmet magħhom.

L-istudenti ġew mogħtija kartolina u ċertifikat biex jiċċelebraw l-uniċità individwali tagħhom.

Wara xhur ma jarawx lill-istudenti wiċċ imb wiċċ dawn l-edukaturi marru f’lokalitajiet differenti bħal B’Kara, Swatar, Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ, ir-Rabat, il-Mellieħa u Birżebbuġa mid-9 ta’ filgħodu sal-5 ta’ filgħaxija. Huma ħassew li s-sena ma setgħetx tispiċċa fuq nota daqshekk ta’ niket.

Din l-inizjattiva bla dubju se tkun xi ħaġa li kull student ta’ din l-iskola se jibqa’ jiftakar.

Prosit!