Filmat: Sorpriża għal Josmar waqt Sibtek

Illum se tkunu tistgħu ssegwu l-aħħar programm ta’ Sibtek għas-sena 2019, li bħas-soltu se jixxandar fuq TVM mis-1.45pm ‘il quddiem.

Sibtek illum se jlaqqagħna ma’ ħafna personalitajiet  li se jirrakkontaw minn xiex għaddew din is-sena fosthom l-eks mudella u imprenditriċi Claudia Calleja u Sarah Agius li fi ftit żmien ieħor se ssir omm.

B’mod esklussiv għall-ewwel darba niltaqgħu mal-partner u t-tifel ta’ Stephanie Spiteri, fejn se nsiru nafu, kif iltaqgħu, kif inhi Steph id-dar u ħafna aktar.

Ma’ Angie Laus se naraw xi jdejjaqha l-aktar.

Ritratt: JJ Chircop

Miss Malta titkellem fuq l-esperjenzi li għaddiet minnhom u sorpriża għal Josmar fejn se niltaqgħu ma’ ommu u t-tim ta’ żgħażagh li kollha preparaw sett ta’ mistoqsijiet jaħarqu. 

Tassew li Sibtek se jkun qed jagħlaq is-sena bil-kbir!