Filmat: Sorpriża għal Eliana qabel titlaq għall-Junior Eurovision

Għada t-Tnejn il-kantanta ta’ 14-il sena Eliana Gomez Blanco, flimkien mad-delegazzjoni Maltija, se tkun fi triqitha lejn il-Polonja biex proprju bħal-lum ġimgħa, il-Ħadd 24 ta’ Novembru, tkun qed tirrappreżenta lil Malta fis-17-il edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest.

Biex jawgurawlha kull suċċess ilbieraħ filgħaxija qraba w ħbieb tal-kantanta ngħaqdu flimkien biex iħejjulha sorpriża proprju qabel ma titlaq għal din l-avventura tagħha.

Din l-edizzjoni tal-Junior Eurovision se ssir fi Gliwice Arena fil-Polonja. Dan il-pajjiż kiseb id-dritt li jospita dan il-festival wara li s-sena l-oħra huma rebħu l-Junior Eurovision bil-kanzunetta Anyone I Want To Be ta’ Roksana Wegiel.

Din se tkun l-ewwel darba li dan il-pajjiż se jkun qiegħed jorganizza dan il-festival.

Ritratt: Facebook

19-il pajjiż se jkun qiegħed jieħu sehem f’din l-edizzjoni tal-Junior Eurovision, bi Spanja tirritorna f’dan il-festival wara li ilhom neqsin mill-2007.

Ritratt: Facebook

L-Ażerbajġan u l-Iżrael mhux se jkunu qed jieħdu sehem f’din l-edizzjoni wara li rtiraw minn dan il-festival.

Awguri Eliana!