Filmat: Sorelle jkompli mil-lum

Sorelle: It-tieni staġun

180 puntata ġdida mit-Tnejn 28 ta' Settembru fl-3.45pm fuq TVM, Repetizzjoni fil-11.45pm u l-għada fis-6.15am. Is-Sibt mill-11am 'il quddiem fuq TVM2.

Posted by Sorelle - Drama Series on Thursday, August 13, 2020

Is-sensiela Sorelle tirritorna llum it-Tnejn fuq TVM fil-ħin tat-3.40pm (minflok fit-3pm).

Dan l-istaġun mhux se jkun nieqes mill-azzjoni u mill-intriċċi hekk kif jidħlu fil-ġrajja bosta karattri ġodda.

Illum:

Angela ċċempel lil Lorraine għaliex kienet qed tinkwieta ħafna għaliha. Illum flimkien insiru nafu x’kien tassew qed jinkwetha. X’se tgħidilha lil Angela dwar Janice u Bella?

Janice titlob pjaċir lil Gina. X’għandha bżonn? X’inhu jagħmel Steve? X’se jtih lil Leo u x’se jwissieh?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa għal Rewind Productions.

Sorelle jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.40pm fuq TVM b’repetizzjoni dakinhar stess fil-11.45pm u l-għada fis-6.15am.

MIN?

Ħa jaqbdu tarf l-aħwa ?

Posted by Sorelle – Drama Series on Friday, September 18, 2020

Il-puntati kollha ta’ ġimgħa sħiħa jixxandru mill-ġdid is-Sibt mill-11am ‘il quddiem fuq TVM2.