Filmat: “Soċjetà li għadha tħares bl-ikrah lejn is-single mothers” – Dr Dibben

Read in English.

Is-single mothers, speċjalment dawk li jgħixu fuq l-assistenza soċjali, għadhom qed jitkasbru mill-poplu u ma tantx saret ħidma biex dan l-aġir jinbidel. Dan qalitu Dr Andreana Dibben, iċ-Chairperson tal-Woman’s Rights Foundation f’intervista ma’ Newsbook.com.mt.

Hi u titkellem dwar problemi tal-faqar u l-istandard tal-ħajja f’Malta, Dr Dibben esprimiet il-frustrazzjoni tagħha dwar it-tkasbir kontinwu li jirċievu ommijiet Maltin mill-pubbliku, il-media, politiċi u istituzzjonijiet governattivi bħad-Dipartiment tas-sigurtà soċjali.

Hi spjegat li dan il-grupp ta’ persuni qed isibha diffiċli biex iwaqqaf dawn l-affermazzjonijiet negattivi dwar il-karattru u l-aġir tagħhom. Qalet ukoll li mhux qed ikun hemm sforzi biżżejjed biex dawn jieqfu.

‘Jitħarsu bħala frodisti’

Dr Dibbens spjegat li hemm stejjer ta’ single mothers li jkollhom żjarat minn spetturi sabiex jiċċekkjaw l-akkommodazzjoni tagħhom u jaraw jekk hux qed iqarrqu bis-sistema. Huma jispezzjonaw u jaraw jekk għandhomx żewġ xkupilji tas-snien u jekk hemmx raġel li qed jgħix magħhom. Huma jitħarsu bħala frodisti u li qed jippruvaw iqarrqu bis-sistema.

Hi tkellmet dwar l-introduzzjoni ta’ benefiċċji fuq ix-xogħol u policies favur it-tfal li ħareġ il-Gvern. Qalet li minkejja dan, l-impjegati għadhom mhux qed joffru biżżejjed flessibilità u mhux jifhmu biżżejjed lil dawn l-ommijiet sabiex ikunu jistgħu jżommu l-impjieg tagħhom u jrabbu lil uliedhom ukoll.

Meta t-tfal jimirdu, jridu jieħdu ħsiebhom. Dan ifisser li jkollhom diffikultajiet biex jaħdmu. Għal min iħaddem, ħafna drabi, il-fatt li mara tkun single mother jista’ jwassalhom għal deċiżjoni li ma jimpjegawx lil dawn in-nisa.

It-tkabbir tat-tfal mhux meqjus xogħol

Waqt l-intervista, Dr Dibben sostniet li minkejja li s-soċjetà u l-kultura wasslet għal żieda ta’ djar b’ġenitur wieħed, kien hemm reazzjoni opposta li s-single mothers f’Malta għandhom jingħataw impjieg u jitħallew jikkontribwixxu għall-ekonomija. Dan wassal sabiex bosta persuni jibdew jaħsbu li dawn in-nisa ma għandhomx jingħataw l-għajnuna imma għandhom jaħdmu biex jaqilgħu l-ħobża tagħhom ta’ kuljum.

Hi żiedet tgħid li fil-kuntest kurrenti, it-tkabbir tat-tfal mhux meqjus bħala xogħol. Dan anke jekk huma jkunu qed ikabbru mal-erbat itfal. Sostniet li jekk ma tkunx taħdem barra mid-dar, mhux meqjusa li taħdem.