Filmat: Smajtha l-kanzunetta li kitbu għal Bjorn?

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=MVklbBNZDn4]

Bjorn għadu kif irċieva sorpriża ħelwa hekk kif tim ta’ mużiċisti lokali ħadmu fuq kanzunetta sabiex ifaħħru x-xogħol siewi li ilu jagħmel f’dawn is-snin fl-ALS.
Il-kanzunetta li ġġib l-isem ta’ “Bjorn, ir-Raġel ta’ Eżempju” twieldet b’imħabba kbira lejh u lejn martu Maria Formosa li kienu ta’ ispirazzjoni kbira għal ħafna.
Il-lirika tal-kanzunetta nkitbet minn Paul Ellul, filwaqt li l-mużika flimkien mal-irrekordjar tagħha saru minn Dominic Cini. Il-kitarra ndaqqet minn Aldo Spiteri.
Il-kanzunetta tkantat minn tlett kantanti żgħażagħ, Veronica Rotin, Kristen Abela u Kira Copperstone, filwaqt li l-filmat ittieħed minn Luke Borg.