Filmat: Skola fil-Ħamrun torganizza mod uniku biex ittemm sena skolastika

Read in English.

Ġenituri u tfal imlew it-toroq tal-Ħamrun aktar kmieni llum iżommu posters mimlija bi kliem ta’ mħabba u ta’ gratitudni għall-edukaturi tagħhom waqt li l-għalliema tal-iskola għaddew minn carcade speċjali biex jiċċelebraw dik li kienet sena skolastika tassew unika. 

“Kienet tassew emozzjonali: ġenituri jibku, studenti jibku – konna lkoll nibku!”

Il-carcade tal-karozzi mżejna, bl-edukaturi fihom u mżejna ħallew il-parkeġġ tal-iskola u marru fit-triq prinċipali tal-Ħamrun. Johanna Cauchi, SS Kap tal-Iskola Primarja Kulleġġ San Gorg Preca, Ħamrun, qalet lil Newsbook.com.mt li l-istaff ħasbu li dan ikun l-aħjar mod biex tintemm fuq nota pożittiva 

“L-istudenti tagħna immissjawna u tlifna wkoll matul il-perjodu tal-lockdown tal-iskola matul il-perjodu tal-COVID-19. Għalhekk għidna li kienu qed jistennew sorpriża u kull ma kellhom jagħmlu kien li joħorġu mid-dar tagħhom, iġorru posters li konna għidnilhom biex iħejju għall-aħħar jum tal-iskola, u jistennew id-daqq tal-ħornijiet,” spjegat, “Kienet daqshekk emozzjonali: ġenituri jibku, studenti jibku – konna lkoll nibku! Kulħadd jistħoqqlu tifħir għas-suċċess miksub bit-tagħlim onlajn … studenti, ġenituri u edukaturi.”