Filmat: Sitt ġriewi abbandunati f’kaxxa

L-Assoċjazzjoni tal-Annimali Abbandunati fl-aħħar siegħat xerdet filmat ta’ sitt ġriewi li nstabu abbandunati f’kaxxa minn żewġt irġiel. L-Assoċjazzjoni stqarret li f’dak il-ħin ma kellhomx volontiera u li dawn l-istess żewġ irġiel għażlu li jieħduhom huma.

Dawn is-sitt ġriewi kienu kważi bla ħajja, ibatu mill-għatx u sħana u kienu mimlija briegħed.

Issa qed jingħataw il-likwidi li għandhom bżonn biex jirkupraw saħħithom, kif ukoll qed jingħataw it-trattamenti neċessarji.

L-Assoċjazzjoni ċanfret lil min wettaq dan l-att fejn dawn il-ġriewi intremew biex imutu. L-Assoċjazzjoni fakkret li kieku flok min remihom għażel li jċemplilhom, huma kienu jieħdu dawn il-ġriewi xorta waħda u fl-istess waqt jgħinuhom isewwu u jiċċipjaw klieb oħra li jistgħu jkollhom.

L-Assoċjazzjoni tal-Annimali Abbandunati (AAA) ta’ kuljum qed tilqa’ klieb li qed jinstabu u appellat għall-għajnuna tal-pubbliku.

Kulmin jixtieq jgħix jista’ jagħmel dan billi jibgħat donazzjoni permezz ta’ PayPal fuq Info@aaamalta.com

Jew permezz ta’ SMS fuq:
50617350 €2.33
50618060 €4.66
50618910 €6.99
50619200 €11.66

Jew inkella permezz ta’ Revolut fuq 79730921.