Filmat: Sitt ġimgħat oħra jkompli L-Għarusa

Hekk kif bdiet tikber l-istennija għat-tieni staġun tal-iktar drama segwita fil-gżejjer Maltin, Sharp Shoot Media llum bdew jittantaw lis-segwaċi bl-ewwel filmat promozzjonali.

Din is-sensiela għandha kitba ta’ Audrey Brincat Dalli bi produzzjoni u direzzjoni ta’ Steven Dalli u Justin Farrugia għal Sharp Shoot Media. Naraw kif l-istorja se tkompli tiżvolġi madwar Bettina, wara li rajna lil Arturo jaqbad lit-tfajla ma’ Diego.

X’se jgħidilha?

Bettina se tkompli bir-relazzjoni tagħha ma’ Diego jew se tiżżewweġ lil Bert?

F’dan it-tieni staġun se naraw ukoll karattri ġodda, fosthom dak ta’ Carlotta li se tkun interpretata minn Michela Galea.

Mhux se jonqsu s-sorpriżi u dawk kollha li qed isegwu din is-sensiela jistgħu jibqgħu ċerti li Sharp Shoot Media se tkun qed twassal aktar filmati fil-ġimgħat li fadal biex ikomplu jqanqlu l-kurżità li jduru madwar l-intriċċi tas-sensiela L-Għarusa.

L-Għarusa se tkompli tixxandar bħal-lum sitt ġimgħat, mit-Tlieta 1 ta’ Ottubru.

AQRA: Ritratti: Jibda l-ġbid tat-tieni staġun ta’ L-Għarusa