Filmat: Sister Margerita tipprova tgħin lil Samantha

Fl-episodju tal-lejla ta’ Fattigi, Catherine tibda tiltaqa’ mal-impjegati tagħha ras imb’ras. X’se tkun ir-reazzjoni tagħhom? Kif se ġġib ruħha Catherine?

Sister Margerita tgħin lil Samantha wara t-trawma li għaddiet minnha. Francis min-naħa l-oħra tipprova tgħin lil Gregory joħroġ mid-dwejjaq li ghandu, wara li sar jaf li Sister Margerita mhux ommu.

Mandy tmur iżżur lil missierha, u jibdew jitkellmu dwar x’se jigri minn Martina.

Dan hu dak li ġara fil-puntata tal-ġimgħa l-oħra:

Fattigi, bi produzzjoni ta’ Watermelon Media, jixxandar nhar ta’ Ħamis fid-8.45pm fuq Net.