Filmat: Sister Agatha terġa’ taqbadhom f’Fattigi

It-tieni staġun tas-sensiela Fattigi mistenni li jkompli llejla fuq l-istazzjon Net fid-8.45pm.

Mandy x’qed jiġrilha?  Għaliex dak it-tqalligħ kollu?

Francis u Bertu jerġgħu jinqabdu jinnamraw minn Sister Agatha, u din ma tantx qed tieħu pjaċir bis-sitwazzjoni.

Oliver jaqla’ ċamata mingħand Maurizio, allura jiddeċiedi li jmur għand il-pulizija bid-dokumenti.

Catherine qiegħda f’sitwazzjoni vera ħażina fuq ix-xogħol, imma ma tixtieqx tieqaf.

Fattigi għandu produzzjoni ta’ Watermelon Media.