Filmat: “Sirt Bużnanna u ma nistax nara t-tarbija” – Doris

Doris qed tagħmel kuraġġ. Taf, li għal familji tagħna, irridu nagħmlu kollox.

Din hija Doris, anzjana li bħalissa ma tistax tara u tgħannaq lin-neputijiet tagħha. Anke jekk tliet ġimgħat ilu, saret ukoll bużnanna!Imma Doris qed tagħmel kuraġġ. Taf, li għal familji tagħna, irridu nagħmlu kollox.Viva Malta!

Posted by Covid19 Malta on Saturday, April 25, 2020

Tlett ġimgħat ilu saret bużnanna u għadha ma tistax tara lit-tarbija, u wisq aktar ma tistax tgħannaq lin-neputijiet tagħha. Din hi l-istorja ta’ Doris li l-filmat tagħha jinsab bħalissa jdur fuq il-mezzi soċjali.

Hi ffilmjat dan il-messaġġ fejn tgħid li tgħallmet taċċetta dak li ma tistax tbiddel u li għall-familja u għal Malta rridu nagħmlu kollox.

Kuraġġ Doris… u kuraġġ ukoll lil dawk kollha li bħalissa għaddejjin minn sitwazzjoni simili.

Segwi l-esperjenza ta’ Doris permezz tal-filmat f’din il-paġna.

Għandek bżonn l-għajnuna? Ara fuq liema numri tista’ ċċempel

  • 111 – Għal dawk li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtiequ iktar informazzjoni
  • 21411 411 – Għal dawk fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċinali
  • 2294 4511/2294 4504 – Biex tirrapporta lill-pulizija każi ta’ ksur tar-regolamenti dwar saħħa pubblika u l-Covid-19
  • 1772 – Għal dawk li jħossuhom waħedhom
  • 1575 – Għall-ħaddiema biex jistaqsu dwar pagi u kundizzjonijiet ta’ xogħol
  • 1576 – Għal min iħaddem biex jistaqsu dwar pagi u kundizzjonijiet ta’ xogħol
  • 153 – Għal dawk li jridu tagħrif dwar il-miżuri fil-pakkett finanzjarju li qed jiġu amministrati mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
  • 144 – Għal dawk li jridu tagħrif dwar il-miżuri fil-pakkett finanzjarju li qed jiġu amministrati mill-Malta Enterprise
  • 2204 2200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’pajjiż ieħor u jridu jiġu lura Malta
  • 2598 1000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv
  • 2169 2447– Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra
  • 2590 3030 – Għall-anzjani mingħajr sapport li għandhom bżonn mediċini, ikliet lesti jew prodotti tal-ikel (frott u ħaxix)
  • 2546 9111 – Għal dawk li jaħdmu fl-industrija tal-gaming

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn