Filmat: Sirens viċin li jirbħu l-kampjonat tat-tielet diviżjoni

Sirens komplew ikabbru r-rekord tagħhom bħala l-uniku tim f’Malta li lagħab 23 logħba bla telfa.
Fl-aħħar konfront li kellhom ħarġu rebbieħa kontra Mgarr United bl-iskor ta’ 6-0.
Sirens issa għandhom 63 punt u jonqoshom punt wieħed biss biex jirbħu t-titlu.
Swieqi United b’54 punt, diġa kienu ċerti mill-promozzjoni fil-ġimgħa li għaddiet minkejja li ġew dro ma’ Santa Lucia bl-iskor ta’ 1-1.
Għaxaq li għandhom 45 punt u qed jiġġieldu għall-promozzjoni ġew miżmuma fi dro ta’ 1-1 minn Sta. Venera Lightnings.
Fil-konfront dirett bejn Attard u Xghajra Tornados kollox baqa’ l-istess meta ż-żewġ timijiet spiċċaw fi dro ta’ 1-1.
Attard qegħdin fir-raba’ post bi 43 punt segwiti minn Xgħajra Tornados b’41 punt.
F’aktar logħbiet mit-tielet diviżjoni, Marsaxlokk għelbu lil Ta’ Xbiex bl-iskor ta’ 1-0 u Qrendi għelbu lil Kalkara bl-iskor ta’ 3-2.

Filmat ta’ Steve Zammit Lupi li juri siltiet minn Sirens vs Mgarr United u Swieqi vs Santa Lucia.