Filmat: Silvio Parnis jappoġġja l-inizjattiva Addotta n-Nanniet

Read in English.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u Persuni b’Diżabbiltà Silvio Parnis approva l-inizjattiva Addotta n-Nanniet minn Missio u Newsbook.com.mt.

Dan is-servizz, li s’issa laħaq iktar minn 100 voluntier, ifittex li jegħleb il-bir ta’ solitudni li fih jsibu ruħhom diversi anzjani meta l-familji tagħhom jonqsu milli jżuru jew iżommu f’kuntatt magħhom. Missio u Newsbook.com.mt issieħbu biex jgħaqqdu nies li m’għandhom lil  ħadd biex iżuruhom ma’ dawk li jkunu lesti li jżommulhom kumpanija.

“F’dawn iż-żminijiet ta COVID-19, inħasset il-ħtieġa li ngħinu lil dawk li jsibu rwieħhom f’solitudni kbir,” qal Parnis, “Nifraħ lin-nies wara din l-inizjattiva u nħeġġeġ lill-anzjani biex jagħmlu użu minn dan is-servizz … inizjattiva kbira li taħseb f’dawk l-anzjani li m’għandhom lil ħadd biex jieħu ħsiebhom.”

L-inizjattiva ġiet approvata wkoll mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi u mill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon kif ukoll mill-Fondazzjoni Richmond.