Filmat: Siġra tal-Milied b’talb speċjali

Fil-knejjes fl-Istati Uniti, s-siġra tal-Milied tilbes libsa differenti hekk kif minflok tiżjin normali mal-friegħi tagħha jkun hemm imwaħħlin kartolini b’deskrizzjoni ta’ oġġetti li t-tfal jixtiequ jirċievu bħala rigal.

Spjega dan Fr Emmanuel Magro li ma’ Newsbook.com.mt qal li din tissejjaħ The Giving Christmas Tree. Semma li l-parroċċa tistieden lin-nies biex iwaħlu dawn il-kartolini fi żmien l-Avvent.

Fl-intervista Fr Magro qal li n-nies ġenerużi ħafna u fil-parroċċa li qiegħed hu ta’ St Bernadette din is-sena kellhom madwar 300 kartolina.

Qal li bħal kull knisja oħra fil-Knsija Kattolika ikun hemm il-quddiesa ta’ Lejliet il-Milied filgħaxija u anke l-quddiesa ta’ nofsilejl. Fr Magro spjega li f’Jum il-Milied il-quddies isir filgħodu minħabba li ftit nies jattendu quddies filgħaxija.