Filmat: Sħubija fl-UE mhix garanzija; li jgħodd huwa kemm tintuża tajjeb – Agius

Il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Peter Agius qal li s-sħubija fl-UE mhix xi garanzija imma li jgħodd huwa kemm is-sħubija tintuża b’mod tajjeb.

F’sensiela ta’ intervisti ma’ diversi kandidati għall-PE, Agius qal li hemm ħafna nuqqasijiet fejn l-Ewropa ma ntużatx biżżejjed imma li hemm ukoll każijiet ta’ suċċess. Spjega li s-sitt MEPs Maltin iridu jkunu kompetenti u lesti jaħdmu flimkien għax Malta m’għandhiex 30 MEP kif forsi għandhom pajjiżi oħra. Appella lill-votanti biex iqisu sew l-argumenti u l-proposti tal-kandidati.

Peter Agius kien il-Kap tal-Uffiċċju tal-PE f’Malta. Dan l-aħħar kien inkarigat bħala wieħed minn dawk li jiktbu id-diskorsi tal-President tal-PE Antonio Tajani.

Aktar aħbarijiet mill-kampanja elettorali minn hawn.