Filmat: Shrek fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi

Bħalissa l-istudenti li jattendu s-Sixth Form ta' San Alwiġi għaddejjin bl-aħħar preparamenti għas-Soirée li se jtellgħu fi tmiem tal-ġimgħa d-dieħla (28, 29,30,31 ta' Jannar).
It-tema ta' din is-sena hi Shrek the Musical, u madwar 150 student u studenta se jkunu qed jieħdu sehem.
Il-biljetti jistgħu jinxtraw mill-kulleġġ stess.