Filmat: “Sfortunatament m’għandix aktar Golden Buzzers” – Howard

Wirja eċċezzjonali mil-Lapes u sħabu li telgħu fuq il-palk ta’ Malta’s Got Talent fejn taw wirja enerġetika għall-aħħar. Fiha il-Lapes kien kurrenti ferm fil-lirika li wassal u li bla dubju nislet tbissima mhux biss fuq l-uċuh tal-ġurati iżda wkoll tat-telespettaturi… u jekk ma rajtuhiex, segwuha wkoll fil-filmat f’din il-paġna.

Howard kien impressjonat tant li rrimarka li “sfortunament m’għandix aktar Golden Buzzers”.

“Kieku l-barrannin jistgħu jifhmu l-Malti, ikunu jsitgħu japprezzaw dak li qed tagħmlu,” żied jgġidilhom Howard,

Mhux ta’ b’xejn li li l-Lapes se nkunu qed narawh fil-fażi li jmiss ta’ Malta’s Got Talent hekk kif l-erba’ membri tal-ġurija qablu bejniethom u l-Lapes u sħabu niżlu minn fuq il-palk b’erba Iva.