Filmat: Sfida bejn bniedem u robot madwar mejda tat-table tennis

Sfida kbira bejn il-bniedem u r-robot. Iċ-champion tad-dinja tat-table tennis, il-Ġermaniż Timo Boll kellu jissielet biex irnexxilu jirbaħ robot effiċjenti ferm veloċi li żviluppat il-kumpanija Kuka f’Shangai.
Timo rebaħ numru kbir ta' titli mundjali u Ewropej u għalhekk Kuka stidnuh għall-ftuħ ta’ fabbrika ġdida biex jilgħab kontra r-robot il-ġdid KR Agilus.
Fil-filmat, ir-robot jidher li huwa wisq preċiż għal Boll, sakemm iċ-champion tat-table tennis kellu juża’ l-esperjenza kollha tiegħu biex rebaħ bl-iskor 11-9.
Fil-fabbrika, dan ir-robot jintuża għall-ippakjar u l-ġarr tal-pakkett.