Filmat: Servizz għas-saħħa mentali offrut fil-berġa rinovata f’Tas-Sliema

Read in English.

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li fil-berġa rinovata ta’ Tas-Sliema se jkun qed jiġi offrut servizz ġdid għas-saħħa mentali. Preżenti kien hemm Skoll is-Sindku ta’ Tas-Sliema, Anthony Chircop.

Il-Ministru spjega li dan is-servizz se jkunu offruti f’ħames kliniki differenti. Fl-istqarrija żied jgħid li dan is-servizz hu parti mill-Politika Nazzjonali għas-Saħħa Mentali li ġiet ippubblikata aktar kmieni din is-sena u li tisħaq li għandu jkun hemm aktar servizzi tas-saħħa mentali fil-komunità.

Żied jgħid li meta jkollok servizzi tas-saħħa mentali fil-komunità, il-pazjenti qed toħroġhom mill-isptar, u b’hekk tkun qed tgħin biex ma jsirx it-timbru assoċjat mas-saħħa mentali. Servizzi tas-saħħa mentali qed jiġu offruti f’Ħ’Attard, f’Tal-Pietà, fiż-Żurrieq, f’Tas-Sliema u daqt ikun hemm l-istess servizzi fil-klinika tal-Birgu.

Il-Ministru irringrazzja lis-Sindku, hekk kif qal li għalkemm il-ministeru se jipprovdi s-servizzi, il-kunsill lokali se jieħu ħsieb il-binja. Skont l-istqarrija, huma madwar 6,000 resident minn Tas-Sliema li ta’ kull sena jagħmlu użu mill-berġa ta’ Tas-Sliema.